Riflessjoni
IR-RANDAN
"Ikollok ħniena minni O Alla fi tjubitek,
fil-kobor tal-ħniena tiegħek ħassar ħtijieti."
Għax huwa Alla li jrid ikollu ħniena minna u jaccetta t-talba umli tagħna ta' ndiema. Il-mixja matul dan ir-Randan trid tkun mixja fit-talb, fis-sawm u fl-ubbidjenza ta' dak kollu li l-Mulej Alla sa jħejji għalina. Imma hemm bżonn li niftħu għajnejna, qlubna u ħajjitna. Dan iż-żmien hu deciżiv għall-ħajjitna, għax fih irridu nagħrfu t-triq li jridna ngħaddu minnha Alla. Jekk hemm bżonn, indawru r-rotta ta' ħajjitna lejha. Dan irid ikun żmien ta' konverżjoni, ta' tiġdid, imma fuq kollox irridu nagħrfu f'liema stat tinsab ir-relazzjoni tagħna ma' Alla. Għalhekk, dan huwa mument ta' grazzja kbira, għax il-Mulej sa jkollu ħniena minna. Hu sa jħassar il-ħtijiet kollha tagħna.
Mela ejjew "incarrtu qlubna, mhux ilbiesna, u nagħmlu ħbieb ma' Alla." F'dawn l-erbgħin jum irridu nuru x'insarrfu tassew fit-Talb, fis-Sawm u fil-Karita', għax dawn huma t-tlett armi li bihom irridu nikkumbattu l-ħażen li niltaqgħu miegħu. Jekk ma nkunux b'saħħitna spiritwalment, incedu ma' kull tentazzjoni li jkollna. Mela ejjew ħbieb, nimpenjaw ruhna bis-serjeta' biex f'dan ir-Randan kull meta jersaq ix-xitan lejna, inkunu nistgħu niġġieldulhu u nagħmlu kif għamel Ġesu', nirbħu żgur.
Godwin Vella Clark
Ministru Nazzjonali