Il-Fraternita' bħala Element Fundamentali
tal-Ispiritwalita' ta' San Franġisk.
Introduzzjoni:
Is-"sejħa" hi kuncett bażiku li nsibuh f'ħafna eposidji tal-Iskrittura, fosthom is-sejħa ta' Abraham fit-Testment l-Antik, is-sejħa ta' Ġesu' fit-Testment il-Ġdid u s-sejħa ta' San Franġisk fis-Seklu 12. Irridu nirrejalizzaw li jkun Alla li jsejjaħ persuna għall-OFS, imma kull persuna fl-Ordni għandha responsabbilta' biex tmantni din is-sejħa. Ir-raġuni tal-process kollu tal-formazzjoni hi biex persuna tiġi akkompanjata fil-mixja tagħha biex tiskopri lil Alla, lil San Franġisk, kif ukoll is-sejħa personali tagħha. Meta l-ewwel appostli kienu qed ifittxu 'l Kristu, it-tweġiba Tiegħu kienet "ejjew u araw" (Gw.1:39). U propju din trid tkun l-atitudni tagħna l-Franġiskani Sekulari lejn kull min qed jipprova jfittex lil Kristu llum.
(Regola OFS 4)
"Ir-Regola u l-Ħajja tal-Franġiskani Sekulari hi din: li jħarsu l-Evanġelju ta' Sidna Ġesu' Kristu billi jimxu fuq l-eżempji ta' San Franġisk ta' Assisi, li fl-imġiba ta' ħajtu lejn Alla u lejn il-bnedmin, għamel lil Kristu l-ħsieb u l-qofol ta' kollox."
Wirt Franġiskan.
Oriġinarjament, Franġisku kien jemmen li s-sejħa li kien għamillu 'l Mulej kienet biex jikkonverti. Hu ħaseb li kellu jibdel ħajtu biss, ħass li kienet sejħa individwali, biex il-mod ta' ħajja mingħajr il-messaġġ tal-Vanġelu jispicca. U din il-verita' iccarat aktar meta kien priġunier fil-ħabs, meta kien marid u meta beda jżur dawk l-għerien 'il barra minn Assisi. Is-sejħa tal-Mulej biex jibdel qalbu bdiet ticcara dejjem aktar u din kienet tassew ir-rieda t'Alla għall-ħajtu. Għal bidu hu kien kuntent jgħix waħdu, maqtugħ mid-dinja, pero' Alla mhux hekk ried. Hu kien sorpriz meta l-kavallier Bennard ta' Quintavalle mar jitolbu biex jgħix miegħu dik il-mod ta' ħajja, u aktar tard bdew jissieħbu segwaci oħra.
X'kien hemm li ġibed lil dawk iż-żgħażagħ, u Franġisku spiss kien jistaqsi "imma x'forma ta' ħajja rridu ngħixu?" U propju kien f'dak il-mument li mar ifittex fl-Iskrittura u talab aktar biex ikun jaf x'ried minnhu l'Mulej, (Test.14)......."Meta l-Mulej........"
San Franġisk uża l-kelma "aħwa" biex jirreferi għal dawk li marru jgħixu miegħu. Qatt ma sejhilhom ulied jew segwaci, kif kienu jissejhu f'ordnijiet reliġjużi oħra. Hu ried li dak il-grupp ta' rġiel ikunu bħala familja. Anke l-isem li għażel "Ordni tal-Patrijiet Minuri", jurina kif Franġisku kien jara lilu nnifsu u 'l dawk ta' madwaru. Ma riedx li jkunu 'l fuq minn ħaddieħor, iżda jkunu qaddejja ta' xulxin, fuq l-eżempju tal-Mulej Ġesu'. Il-gwardjan kellu jieħu ħsiebhom, biex iżommhom vicin t'Alla. Għalhekk mela, San Franġisk għażel il-familja bħala mudell tar-relazzjoni bejniethom - il-Fraternita!
Il-Fraternita' mudell tal-Missier u ħuna Ġesu' Kristu.
Il-Fraternita' hi c-cellola bażika tal-Ordni, sinjal viżibbli tal-Knisja, realta' sopranaturali ibbażata fuq il-paternita' t'Alla u f'ħuna Ġesu' Kristu bl-esperjenza fis-saħħa tal-Ispirtu s-Santu. Il-Fraternita' hija rigal tal-Ispirtu lill-Knisja biex nircevuha bi gratitudni u naqsmu r-rigali sabiex insiru sinjal ta' komunjoni u unita'.
Il-Fraternita' hija rigal ħaj li rridu nġorruh dejjem ġo fina u mhux semplicement billi nmorru l-laqgħa ta' kull xahar! Il-Fraternita' għandha l-Kunsill tagħha li janima' u jiggwida', jorganizza l-laqgħat sabiex l-aħwa jikbru fl-għarfien dottrinali, spiritwali, psikoloġiku u socjali. Dan kollu jsir sabiex il-Fraternita' ssir OMM li l-ħin kollu tiġġenera segwaci ta' San Franġisk, kif ukoll GĦALLIEMA li teduka u tifforma l-aħwa. Il-Fraternita' trid tkun komunita' ta' MĦABBA, post ta' konverżjoni kontinwa, kif ukoll lok ta' support biex wieħed jgħix il-Vanġelu fid-dinja.
Il-Ħajja fil-Fraternita'
Il-Fraternita' hi l-mudell cavetta għall-ħajja Franġiskana Sekulari skond il-Vanġelu. Is-sejħa divina biex ngħixu f'karita' perfetta, nagħmlu ħilitna għall-qdusija u sabiex nibnu r-renju t'Alla, huwa l-qofol li jieħu s-sura fil-ħajja tal-Fraternita' flimkien ma' l-isforz kollettiv tal-aħwa kollha li jiffurmaw il-Fraternita'.
Din l-ewwel parti
mill-"Ittra lill-Insara" (it-tieni redazzjoni), li kien kiteb San
Franġisk ta'
11. Ir-rieda tal-Missier kienet din, li l-Iben li
tana u twieled għalina, Iben glorjuż u mbierek, joffri lilu nnifsu b'demmu
stess bħala sagrificcju u vittma fuq l-altar tas-salib.
_________________________________________________________________________________
36. Ir-reliġjużi, li
48. Dawk kollha, irġiel u nisa, li jkunu għamlu
dan, u baqgħu sa l-aħħar, l-Ispirtu tal-Mulej jistrieħ fuqhom (Is 11,2), u jagħmel
fihom il-post fejn jgħammar (araGw14,23).
2. Fil-vers 25,
Ittra lill-Insara (1)
Din l-ewwel parti
mill-"Ittra lill-Insara" (it-tieni redazzjoni), li kien kiteb San
Franġisk ta' Assisi . Id-data ta' meta nkitbet din l-ittra għadu
ħadd ma wasal biex jistabbilixxiha. Xi
studjużi jgħidu li nkitbet fl-1216, oħrajn jgħidu fl-1219, min qal fl-1221 u
kien hemm min ikkonkluda li l-qaddis kiteb din l-ittra bejn l-1225 u 1226.
Kif
jidher car fl-introduzzjoni tiegħu, San Franġisk qiegħed jindirizza lill-Insara
kollha. Li huwa żgur iżda, li f'din
l-ittra nsibu rikkezzi ta' materjal dwar il-konvinzjoni ta' Franġisku ta' kif
wieħed għandu jgħix il-Fidi Kattolika u x'jinvolvi biex ngħixu l-Vanġelu
Mqaddes.
San
Franġisk juża' wkoll il-kliem "kunu Nsara" u dan biex jassikura u
jwissina biex ma nimxux wara xi tagħlim ieħor, (kif kien qed jiġri fi żmienu,
għax dawk l-ereżiji serji kienu qed iħawdu lil ħafna nies, u saħansitra kienu
qed iwassluhom għat-telfin ta' ruħhom).
Għalhekk kien propju f'dan il-kuntest ta' żmien li l-Qaddis kiteb din
l-ittra u li sa nitrattawha f'seba' partijiet biex inkunu nistgħu nirriflettu
fuqha aħjar. Wara kull lezzjoni jkollna
xi mistoqsijiet biex aktar iġegħluna nifhmu u naprezzaw din l-ittra.
Is-seba' partijiet ta' din
l-ittra huma dawn :
1. Introduzzjoni.
2. Ftit tagħrif bażiku fuq il-Fidi Kattolika.
3. Twissijiet u Pariri.
4. Ir-relazzjoni tagħna ma' Alla u
l-beneficcji.
5. Dawk li joħorġu minn
din it-triq u jitilfu kollox.
7. Għeluq ta' l-ittra.
L-Ewwel Parti -
Introduzzjoni:
1. F'isem il-Mulej, il-Missier, l-Iben u
l-Ispirtu s-Santu. Amen.
Lill-insara kollha; reliġjużi,
kjerci u lajci, irġiel u nisa: lil kull min jgħix fid-dinja kollha, Fra
Frangisk, qaddej u sudditu tagħkom, irid juri qima u ġieħ, u jixtieq lil
kulhadd il-veru sliem tas-sema u mħabba sinciera fil-Mulej.
2. Bħala qaddej ta' kulħadd, jien fid-dmir li
naqdi lil kulħadd u nagħti lil kulħadd il-kliem li jfewwaħ tal-Mulej Sidi.
3. Jien ħsibt u rajt li, minħabba l-mard u dgħufija
ta' ġismi, mhux possibbli għalija, kif nixtieq, li nżurkom wieħed wieħed. Għalhekk qtajtha li b'din l-ittra u messaġġ
tiegħi, nerġa' nwasslilkom il-kliem tal-Mulej tagħna Ġesu' Kristu, li hu l-Verb
tal-Missier, u l-kliem ta' l-Ispirtu s-Santu, li hu Spirtu u ħajja (Gw 6,64).
Mistoqsijiet:
1. Kif iqis lilu nnifsu San Frangisk
fl-introduzzjoni ta' din l-ittra?
2. X'inhi r-raġuni principali ta' din l-ittra?
3. Liema persuni huma msejħa bħala "kjerici"
fil-Knisja Kattolika?
4. Kif ipoġġi San Frangisk it-Tlett Persuni
tat-Trinita' f'din
l-introduzzjoni? X'inhu l-għan tar-rwol tagħhom?
It-Tieni Lezzjoni - Ftit
pediment fuq il-Fidi Kattolika
4. Il-miġja mis-sema ta' dan il-Verb
tal-Missier, hekk meqjum, qaddis u msebbaħ, kienet imħabbra mill-Missier
l-Aktar Għoli nnifsu, permezz ta' l-Arkanġlu Gabriel
lill-Imqaddsa u Glorjuża Verġni
Marija. Mill-ġuf tagħha ħa ġisem veru bħal
tagħna u libes l-istess dgħufija tagħna l-bnedmin.
5. Hu, għad li kien għani bil-bosta (2Kor8,9),
ried b'danakollu, flimkien mal-Verġni l-iżjed qaddisa, Ommu, jagħżel il-faqar.
6. Meta l-passjoni tiegħu
kienet fil-qrib, Hu ccelebra l-Għid mad-dixxipli tiegħu, u waqt li ħa l-ħobz,
radd il-ħajr, bierku, qasmu u qal: Ħudu u kulu, għax dan huwa ġismi (Mt26,26).
7. Ħa mbagħad il-kalci f'idejh u qal: Dan hu
demmi tal-Patt il-Ġdid, li jixxerred għalikom u għall-bnedmin kollha għall-mahfra
tad-dnubiet (Mt26,27).
8. Imbagħad talab lill-Missier b'dan il-kliem:
Missier, jekk jista' jkun, ħa jitwarrab minni dan il-kalci.
9. U l-għaraq tiegħu sar bħal qtar tad-demm u
xtered ma' l-art (Lq22,44).
10. Imma Hu reħa r-rieda tiegħu fir-rieda
tal-Missier, u qal: Missier, ikun dak li trid int, mhux dak li rrid jien; isir
kif trid int (Mt26,42.39).

12. Dan għamlu mhux għalih innifsu, Hu li bih sar
kollox (ara Gw1,3), imma għal dnubietna.
13. Hekk Hu ħallielna l-eżempju biex inkunu nistgħu
nimxu fuq il-passi Tiegħu (ara 1Pt2,21).
14. U jrid li aħna lkoll insalvaw permezz Tiegħu,
u li nircevuH b'qalb nadifa u ġisem safi .
15. Imma ftit huma dawk li jridu jircevuH u
jsalvaw biH, għad li l-madmad Tiegħu ħelu u t-toqol Tiegħu ħafif (ara Mt
11,30).
16. Dawk li ma jridux iduqu u jaraw kemm hu
tajjeb il-Mulej (ara S33,9), u jħobbu d-dlam aktar milli d-dawl (Gw3,19), għax
ma jridux jagħmlu dak li jikkmandahom Alla, huma misħutin;
17. għalihom jingħad b'fomm il-profeta:
Misħutin dawk li jitwarrbu mill-kmandamenti tiegħek (S118,21).
18. Imma kemm henjin u mberkin
huma dawk li jħobbu l-Mulej, u jagħmlu dak li l-Mulej innifsu jgħidilna fl-Evanġelju:
Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b'qalbek kollha u
b'ruħek kollha, u lil għajrek bħalek
innifsek (Mt 22,37.39).
19. Inħobbu għalhekk lil Alla u
nqimuh b'qalb safja u ruħ nadifa. Hu, li
jfittex dan qabel kollox, jgħidilna: Il-veri adoraturi għad jaduraw
lill-Missier fl-ispirtu u s-sewwa
(Gw 4, 23).
20. Tabilħaqq, dawk kollha li
jadurawh, jeħtieġ li jadurawh fl-ispirtu u s-sewwa (ara Gw 4,24).
21. Ejjew infaħħruh u nitolbuh
lejl u nhar u ngħidulu: Missierna li inti fis-smewwiet (Mt 6,9), għax jeħtieġ
nitolbu dejjem bla ma nieqfu qatt (Lq 18,1).
22. Aħna wkoll fid-dmir li
nistqarru dnubietna kollha lis-sacerdot u li nieħdu mingħandu l-Ġisem u d-Demm
tal-Mulej tagħna, Ġesu Kristu.
23. Għax min ma jiekolx ġismu u
ma jixrobx demmu (ara Gw6,55.55), ma jistax jidħol fis-saltna ta' Alla (Gw3,5).
24. Imma jeħtieg li wieħed jiekol
u jixrob kif jixraq, għax min ma jircevihx kif jixraq, ikun jiekol u jixrob
il-kundanna tiegħu nnifsu, jekk ma jagħżilx Ġisem il-Mulej min
ikel ieħor (1 Kor 11, 29).
Mistoqsijiet bħala riflessjoni :
1. Fil-qosor, xi jrid jgħidilna San Franġisk ?
2. Liema rabtiet jiddeskrivi San Franġisk
bejnha u bejn Alla ?
3. Għal liema attitudni lejn is-Sagrament ta'
l-Ewkaristija qed jirreferi għalihom San Franġisk
?
4. Għaliex San Franġisk kien iħoss li huwa
mportanti ħafna li wieħed jippartecipa fl- Ewkaristija
?
5. Kif juri l-apprezzament tiegħu lejn
is-Sagrificcju tal-Ewkaristija San Franġisk ?
6. Kemm inħarsu lejn l-artal bħala li hu Salib
ukoll ?
ITTRA LILL-INSARA (3)
TWISSIJIET U PARIRI
25. Barra dan, ħa nagħmlu wkoll għemil xieraq ta' penitenza (Lq.3,8).26. Inħobbu l-għajrna bħalna nfusna (ara Mt 22,39),
27. U min ma jridx jew ma jistax iħobbu bħalu nnifsu, għallanqas ma jagħmillux ħsara, iżda jagħmillu l-ġid.
28. Dawk li rcevew is-setgħa li jagħmlu ħaqq fuq l-oħrajn, ħa jagħmluh bil-ħniena kollha, kif huma wkoll iridu li l-Mulej jagħmel ħniena magħhom.
29. Isir ħaqq bla hniena ma' min ma jagħmilx ħniena (Gak 2,13).
30. Ha jkollna għalhekk, imħabba u umilta', u nagħtu karita', għax dawn jaħslu r-ruħ mill-ħmieġ tad-dnubiet (ara Tob 4,11; 12,9).
31. Il-bnedmin jitilfu dak kollu li jħallu warajhom f'din id-dinja, imma jieħdu magħhom il-ħlas ta' l-imħabba li jkunu wrew, u l-karita' li jkunu għamlu. Ta' dan huma jkollhom mingħand il-Mulej il-premju u l-ħlas li jkun jixirqilhom.
32. Għandna wkoll insumu, niccaħdu mid-drawwiet ħziena u mid-dnubiet (ara Sir 3,32), u nibqgħu lura mill-ikel u x-xorb żejjed, u li nkunu kattolici.
33. Għandna wkoll inżuru l-knejjes ta' spiss, u nuru qima u ġieh lejn is-sacerdoti. U dan mhux tant għalihom infushom, jekk ikunu midinbin, iżda minħabba s-sejħa tagħhom, u għax huma jqassmu l-Ġisem u d-Demm l-aktar għażiż ta' Kristu li huma joffru fuq l-altar, u jircevuh u jqassmuh lill-oħrajn.
34. Nifhmu sewwa lkoll kemm aħna, li ħadd ma jista' jsalva jekk mhux bid-Demm tal-Mulej tagħna Ġesu' Kristu u bil-kliem qaddis tiegħhu, li s-sacerdoti jippriedkawlna, iħabbrulna u jqassmulna.
35. U dan huma biss għandhom jagħmluh, u mhux ħaddiehor.
36. Ir-reliġjużi, li minn
rajhom caħdu d-dinja, huma marbuta, qabel kulħadd, li jagħmlu aktar u aħjar,
bla ma jħallu u jġennbu dan li sa ngħidu (ara Lq 11,42).
37. Għandna nobogħdu lil ġisimna bil-vizzji u d-dnubiet tiegħu, għax il-Mulej jgħid fl-Evanġelju: Il-ħażen kollu, il-vizzji u d-dnubiet joħorġu mill-qalb (Mt 15,18-19; Mk 7,23)
38. Għandna nħobbu l-għedewwa tagħna u nagħmlu l-ġid lil dawk li jobogħduna (ara Mt 5,44; Lq 6,27).
39. Għandna nħarsu l-precetti u l-pariri ta' Sidna Ġesu' Kristu.
40. Għandna wkoll nicħdu lilna nfusna (ara Mt 16,24), u nqegħedu lil ġisimna taħt il-madmad tal-qadi u tal-ubbidjenza imqaddsa, kif kull wieħed minna wiegħed lill-Mulej.
41. U ebda bniedem ma hu marbut taħt ubbidjenza li jobdi lil xi ħadd, fejn jidħol id-dnub jew xi għemil ħażin.
42. Dak imbagħad li ingħatatlu s-setgħa li jikkmanda, u li hu meqjus bħala kbir, ħa jkun bħaż-żgħir (Lq 22,26), u qaddej ta' l-aħwa.
43. Għandu jkollu u juri ħniena ma' kull wieħed mill-aħwa; dik il-ħniena li jixtieq tintwera lilu kieku hu stess kellu jkun fl-istess qagħda (ara Mt 7,12).
44. U m'għandux jitlagħlu għal ħuħ minħabba xi nuqqas li jkun għamel, imma għandu jwissih u jgħinu bis-sabar u bl-umilta' kollha.
45. L-anqas m'għandu jkollna l-għerf u l-għaqal ta' din id-dinja, iżda għandna nkunu nies semplici, umli u safja.
46. Inżommu 'l ġisimna fl-istmerrija u n-nuqqas ta' ġieh, għax minħabba ħtijietna, ilkoll kemm aħna, aħna msejknin u mħassrin, dud u nintnu. Kif jgħid il-Mulej b'fomm is-salmista: Jien dudu ta' l-art u mhux bniedem, żeblih tan-nies u tkasbir tal-poplu (S 21, 7).
47. Qatt ma għandna nixtiequ li nkunu fuq l-oħrajn, iżda aktar li nkunu qaddejja ta' kulħadd u noqgħodu taħt kull setgħa tal-bnedmin għal Alla (1 Pt 2, 13).
48. Dawk kollha, irġiel u nisa, li jkunu għamlu
dan, u baqgħu sa l-aħħar, l-Ispirtu tal-Mulej jistrieħ fuqhom (Is 11,2), u jagħmel
fihom il-post fejn jgħammar (araGw14,23).
Mistoqsijiet għar-riflessjoni :
1. Fil-qosor, xi jrid jgħidilna San Frangisk ?
2. Fil-vers 25, minn
barra "nagħmlu penitenza", San Franġisk iwissina biex nagħmlu wkoll
"għemil xieraq ta' penitenza".
X'tifhem b'dan ?
3. San Franġisk, kif jenfasiżża li rridu naqsmu l-ġid ta' din id-
dinja ?
4. Ikkummenta fuq vers 29 b'rabta ma' vers 43.
5. F'dan kollu li qrajna, x'evidenza nsibu li San Franġisk kellu rispett kbir lejn il-Knisja Kattolika ?
Ir-Raba' LezzjoniIr-Relazzjoni Tagħna ma' Alla u
l-Beneficcji
49. U jkunu ulied il-Missier tas-smewwiet (ara
Mt 5,45) huma li jagħmlu l-għemejjel tiegħu.
50. U għalhekk huma l-għarajjes, l-aħwa u
l-ommijiet tal-Mulej tagħna, Ġesu' Kristu (ara Mt 12,50).
51. Aħna għarajjes meta r-ruħ fidila tingħaqad
ma' Ġesu' bir-rabta ta' l-Ispirtu s-Santu.
52. Aħna ħutu meta nagħmlu r-rieda tal-Missier
tiegħu li hu fis-smewwiet (ara Mt 12,50).
53. Aħna ommijietu, imbagħad meta nġorruh
f'qalbna u f'ġisimna bl-imħabba u b'kuxjenza safja u sinciera (ara 1 Kor 6,20)
u nwellduh bl-għemejjel qaddisa tagħna li għandhom ileqqu quddiem l-oħrajn
bħala mera ta' eżempji tajba (ara Mt 5,16).
54. O kemm hi ħaġa glorjuża, qaddisa u kbira li
jkollna Missier fis-smewwiet!
55. O kemm hi ħaġa qaddisa, ta' faraġ, sabiħa u
ta' l-għaġeb ikollok Għarus fis-sema!
56. O kemm hi ħaġa qaddisa u ta' għożża, magħġuba
u umli, ta' sliem u ħlewwa u tjubija, kemm hi ħaġa ta' min jixtieqha fuq kull ħaġa
oħra, li bħala Ħuna u Iben ikollna 'l Dak li ta ħajtu għan-ngħaġ
tiegħu (ara Gw 10,15), u talab għalina lill-Missier, hekk: Missier qaddis, ħarishom
f'ismek lil dawk li tajtni (Gw 17,11).
57. Missier, dawk kollha li inti tajtni
fid-dinja kienu tiegħek, u inti tajthom lili (Gw 17,6).
58. Il-kelmiet li inti tajt lili jiena tajthom
lilhom, u huma laqgħuhom u għarfu tabilħaqq li jiena ħriġt minnek, u emmnu li
inti bgħattni (Gw 17,8). Jiena nitlob għalihom; ma nitlobx għad-dinja (Gw 17,9); berikhom u
qaddishom (Gw 17,17).
59. U jiena minħabba fihom nitqaddes, biex huma
wkoll ikunu bħalna, imqaddsin fis-sewwa (Gw 17,19).
60. U rrid, Missier, li dawk li tajtni jkunu
huma wkoll miegħi fejn inkun jien, biex jaraw il-glorja li inti tajtni (Gw
17,24) fis-saltna tiegħek (Mt 20,21).
61. U għax tant bata għalina u għax tana ġid
daqshekk kotran, u għad jagħtina aktar għalli ġej, kull krejatura fis-sema,
fl-art u fil-baħar, u fil-qiegħ ta' l-art, għandha tfaħħar 'l Alla, tagħtih glorja u ġieh
u barka (ara Apok 5, 13).
62. Ghax il-Mulej innifsu hu s-saħħa u l-qawwa
tagħna, Hu li hu waħdu tajjeb, waħdu l-Aktar Għoli, waħdu li jista' kollox,
tal-għaġeb u glorjuż u waħdu qaddis, ta' min ifaħħru u jbierku għal dejjem ta'
dejjem. Amen.___________________
__________________________________________________________________________________ Mistoqsijiet għar-riflessjoni :
1. San Franġisk kif jesprimi l-ħidma tat-Tlett
Persuni tat-Trinita' ?
2. Aħna nħallu l-Ispirtu s-Santu jaħdem fina b'dan
il-mod ?
3. Kif tqabbel il-vrus 49-53 mall-Vanġelu ta'
San Mattew 12: 46 -50 ?
4. Semmi ftit beneficcji ta' meta nkunu
verament ulied Alla.
5. Għid fil-qosor x'qiegħed jipprova jgħaddilna
f'din il-parti ta' l-ittra, San Frangisk.
57. Missier, dawk kollha li inti tajtni fid-dinja kienu tiegħek, u inti tajthom lili (Gw 17,6).